Mill-Covid-19 għall-Kardinal: l-2020 f’ritratti

2020-year-in-photos
Photos by Miguela Xuereb

Kull bidu fih it-tmiem. Dan huwa dak li ngħaddu kull l-aħħar ġimgħa tas-sena. Din is-sena bħala fotografu professjonali kelli ċ-ċans li nesperjenza diversi avvenimenti. L-impatt fuq is-saħħa, is-soċjetà u l-ekonomija li ħalla l-coronavirus ma kienx l-unika avveniment li spikka din is-sena. Matul din is-sena kien hemm avvenimenti kbar li seħħew fil-politika lokali.

Jannar

In-nar li qabad fiċ-ċentru miftuħ tal-Marsa ħalla mijiet ta’ immigranti jistennew għal sigħat barra. Diversi persuni kellhom bżonn l-għajnuna fuq il-post. Sfortunatament, il-kummenti fuq Facebook urew nuqqas ta’ sensittività dwar dak li ġara.

Sena ġdida, Prim Ministru Ġdid; wara diversi ġimgħat ta’ kriżi politika li waslet għar-riżenja tal-Prim Ministru Joseph Muscat, il-partitarji tal-Partit Laburista marru jawguraw lill-Prim Ministru l-ġdid Robert Abela, dakinhar li ħa l-ġurament.

Wara li l-Prim Ministru Robert Abela ordna biex ma jitmesx il-monument tal-Assedju l-Kbir li jfakkar il-memorja tal-ġurnalista Daphne Caurana Galizia, likwidu aħmar ġie mitfugħ fuq dan il-monument.

Daphne-memorial-vandalism
Photo: Miguela Xuereb

Fl-istess ġurnata, saret protesta għall-verità u l-ġustizzja quddiem il-Parlament.

Frar

Fil-bidu ta’ dan ix-xahar ingħatat l-aħħar tislima lil George Micallef. Ħuh Mario Micallef ingħata l-kondorjanzi mill-ħbieb tiegħu wara l-funeral ta’ ħuh.

Din id-dieqa nbidelet f’ferħ fil-festa ta’ San Pawl, il-patrun tal-gżejjer Maltin. L-Arċisqof Charles Scicluna attenda għal dawn iċ-ċelebrazzjonijiet.

Archbishop-Charles-J-Scicluna-greeted-by-people-at-St-Paul-feast
Photo: Miguela Xuereb

L-ekwipaġġ tas-sitt flotta tal-USS Mount Whitney ġie milqugħ fil-gżejjer Maltin.

Ir-rapporteur tal-Kunsill tal-Ewropa Pieter Omtzigt kellu l-ewwel laqgħa tiegħu f’Kastilja mal-Prim Ministru Robert Abela. Otzigt kkritika s-Saltna tad-Dritt f’Malta.

Pieter-Omztigt-during-meeting-with-Robert-Abela
Photo: Miguela Xuereb

Fjuri u xemgħat tpoġġew fuq il-monument li jfakkar il-memorja tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia biex ifakkru t-tieni anniversarju mill-assassinju tal-ġurnalist Jan Kuciak u t-tfajla tiegħu Martina Kusnirova fi Slovakkja.

Jan-Kuciak-and-Martina-anniversary-since-assassination
Photo: Miguela Xuereb

Marzu

Fil-bidu ta’ dan ix-xahar il-poplu Malti kien ixxukkjat meta sema’ li waqgħet dar u hemm persuna maqbuda fit-tifrik tad-dar tagħha stess li kienet maġenb sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Joseph Abela Scolaro bejn il-Ħamrun u Santa Venera. Il-vittma f’din it-traġedja kienet Miriam Pace. Il-ġirien u r-residenti kienu qed jaraw dak li ġara mill-gallariji tagħhom filwaqt li kull kamra tal-aħbarijiet kienet qiegħda tistenna u tittama li l-persuna li nbaqdet taħt it-tifrik tinstab qawwija u sħiħa. Madankollu wara sigħat ta’ tfittxija dawk li kienu għaddejjin b’din il-ħidma ta’ salvataġġ sabu l-ġisem bla ħajja ta’ Miriam Pace.

miriam-pace-debris
Photo: Miguela Xuereb

Fil-jiem ta’ wara, il-poplu Malti sellem lil Miriam Pace. Il-knisja kienet ippakkjata bil-ħbieb, qraba u anke persuni li ma kinux jafu lil Miriam Pace iżda li xorta xtaqu juru solidarjetà mal-familja tagħha. Il-quddies kienet ġiet iċċelebrata fil-Knisja tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt Valletta. Fit-tmiem il-quddiesa in-nies li kienu miġbura fil-knisja sellmu lil Miriam b’ċapċipa.

miriam-pace-funeral
Photo: Miguela Xuereb

F’Malta l-ewwel każ tal-corinavirus feġġ fis-7 ta’ Marzu. Dan wassal biex is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci tibda tagħmel appuntament ta’ kuljum fuq l-istazzjon nazzjonali biex taġġorna lill-poplu Malti dwar il-każijiet pożittivi li jkunu żviluppaw fl-aħħar 24 siegħa. Hija kienet ukoll tkun ibbumbardjatha b’ħafna mistoqsijiet mill-ġurnalisti.

F’dan il-perjodu nfetaħ l-ewwel ċentru biex isiru t-testijiet tal-coronavirus għal dawk li jħossu s-sintomi tal-virus f’Ħal Farruġ.

F’dan ix-xahar ġiet imħassra l-ewwel festa f’Malta dik ta’ San Patrizju. F’Malta din il-festa tiġi ċċelebrata b’ġurnata mimlija attivitajiet fejn fiha jispikka wkoll l-ilbies aħdar. Din il-festa ġiet imħassra minħabba li n-numru ta’ każijiet bdew jiżdiedu. F’din il-festa f’San Ġiljan normalment ikun ippakkjat bin-nies madankollu safa’ kompletament vojt.

st-patricks-day-paceville-empty
Photo: Miguela Xuereb

L-għeluq tal-Ajruport f’Malta; l-unika ajruport f’Malta, għalaq il-fruntieri tiegħu sabiex jikkontrolla l-imxija tal-Covid-19.

gloomy-empty-airport
Photo: Miguela Xuereb

Min jiftakar il-kanzunetta Ghost Town li ħarġet fit-tmeninijiet? Minn qatt kien jaħseb li l-Belt Valletta li dejjem tkun mimlija ħajja se tispiċċa vojta fi ftit jiem?

empty-valletta
Photo: Miguela Xuereb

April

Numru ta’ suldati u pulizija ċċirkondaw ċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far. Iċ-Ċentru tpoġġa f’lockdown wara li nstabu xi każijiet pożittivi fl-immigranti li jgħixu f’dan iċ-ċentru.

Il-bastiment tal-kumpanija Captain Morgan, Europa II, ġie mgħobbi b’saqqijiet, ikel u ilma u telaq minn Tas-Sliema biex iżomm fuqu 57 immigrant barra mill-ibħra territorjali ta’ Malta. Dawn l-immigranti ma tħallewx jidħlu Malta peress li l-portijiet kienu magħluqa minħabba l-imxija tal-Covid-19.

captain-morgan-leaving-sliema-to-house-migrants-outside-the-maltese-islands
Photo: Miguela Xuereb

L-attivist Xandru Cassar qatta’ diversi jiem jgħix quddiem Kastilja biex iqajjem kuxjenza dwar l-importanza li wieħed jipproteġi l-ħajja tal-persuni li jinsabu bejn sema u ilma.

Mejju

Il-Fondazzjoni Alfred Mizzi preparat numru ta’ ikliet għal individwi u familji li kienu qegħdin jesperjenzaw diffikultajiet finanzjarji minħabba l-imxija tal-Covid-19. Dawn l-ikliet kellhom is-sapport tal-Caritas, Alf Mizzi & Sons u Vecchia Napoli.

In-nirien li ħakmu l-aħrax tal-Mellieħa wassal biex inqerdu mal-450 siġra protetta. Il-biċċa l-kbira minn dawn is-siġar inħarqu wara li kien hemm nar li ntuża minn xi persuni u ma tfewhx.

Ahrax-Mellieha-fire
Photo: Miguela Xuereb

F’dan ix-xahar deher strixxun fuq l-ajruplan tad-DHL bil-kelma “thank you”, lill-frontliners tas-servizzi tas-saħħa li qed jaffaċċjaw din il-pandemija kuljum.

DHL-thank-you-frontliners
Photo: Miguela Xuereb

Reġgħu nfetħu l-ħwienet li mhux essenzjali wara diversi xhur magħluqin. Mal-ftuħ ta’ dawn il-ħwienet, l-ilbies tal-maskra sar obbligatorju meta wieħed imur fil-ħwienet.

people-wearing-masks-at-the-point-after-covid-measure-lifted-shops-to-open
Photo: Miguela Xuereb

F’Ħaż-Żabbar sar mural ta’ tliet sulari. Dan il-mural juri infermiera liebsa l-ilbies protettiv tgħaffeġ il-coronavirus b’idejha. Dan il-mural ġie magħmul minn Justinks b’ringrazzjament għall-frontliners f’Malta.

justinks-and-murals-coronavirus-art
Photo: Miguela Xuereb

Ġunju

Matul din il-pandemija tilfu xogħolhom 69 pilota tal-Air Malta. Ir-ritratt juri lill-piloti li tkeċċew minn mal-linja tal-ajru nazzjonali jirritornaw l-uniformijiet tagħhom lill-kumpanija.

air-malta-pilots-hand-over-belongings-after-being-fired
Photo: Miguela Xuereb

Irrritornaw ukoll il-protesti; l-attivisti lebsin il-maskra reġgħu niżlu fit-toroq jipprotestaw kontra l-korruzzjoni, bl-għajta biex toħroġ il-verità u ssir ġustizzja fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Żewġ gruppi ta’ attivisti bl-isem ta’ Black Lives Matter u All lives Matter, li l-għan tagħhom huwa differenti minn xulxin kienu qegħdin jipprotestaw fl-istess ħin, fi Pjazza Ħelsien fil-Belt Valletta. Il-grupp Black Lives Matter ingħaqad wara l-mewt ta’ George Floyd fl-Istati Uniti.

Lulju

Il-Qorti żaret is-sit ta’ kostruzzjoni fil-Ħamrun li fih tilfet ħajjitha l-mara ta’ 54 Miriam Pace wara li waqgħet id-dar tagħha minħabba xogħlijiet li kienu qegħdin isiru biswit id-dar taghha. Preżenti fuq il-post kien hemm l-erba’ persuni li tressqu l-Qorti b’rabta ma’ dan il-każ, il-Maġistrat Joe Mifsud, ir-raġel ta’ Miriam Pace u t-tfal tagħhom.

Court-visits-site-of-Miriam-Pace-death-scene
Photo: Miguela Xuereb

Merħba fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta! L-ajruport reġa’ laqa’ l-ewwel turisti fil-gżejjer Maltin wara li t-titjiriet twaqqfu lejn Malta twaqqfu f’Marzu li għadda bħala parti mill-miżuri restrittiv minħabba l-pandemija tal-Covid-19. L-ewwel titjira waslet Malta permezz tal-linja nazzjonali Air Malta minn Fiomicino, l-Italja.

Awwissu

Il-ġisem bla ħajja ta’ Antoine Dalli inħareġ mid-dar tiegħu f’Ħal Għaxaq. Allegatament missieru Antoine Dalli spara fuq ibnu wara argument li kellhom.

body-of-Antoine-Dalli-after-being-murdered-by-his-father-in-his-home-in-Hal-Ghaxaq
Photo: Miguela Xuereb

Fl-Għadira nstabet bejta tal-fkieren li ġiet protetta mill-Awtorità tal-Ambjent u r-Risorsi u minn Nature Trust Malta. Din kienet ir-raba’ bejta konfermata matul din is-sena.

turtle-eggs-ghadira-bay
Photo: Miguela Xuereb

Tpoġġew fjuri mill-qraba u l-ħbieb ta’ Christian Pandolfino u s-sieħeb tiegħu Ivor Maciejowski fuq it-taraġ ta’ quddiem il-bieb ta’ barra tar-residenza tagħhom f’Tas-Sliema.

Chris-Pandolfino-Ivor-Maciejowski-home-locker-street-double-murder-police
Photo: Miguela Xuereb

L-Isqof Anton Teuma ġie kkonsagrat Isqof t’Għawdex. Huwa sar id-disa’ Isqof ta’ din il-gżira. Iċ-ċerimonja saret fir-rotunda ta’ San Ġwann Battista fix-Xewkija. Teuma ħa post l-Isqof Emeritu Mario Grech li nħatar Kardinal.

Settembru

L-eks Ministru tal-Edukazzjoni Owen Bonnci nieda l-linji gwida u l-protokolli li kellhom jidħlu fis-seħħ mal-ftuħ mill-ġdid tal-iskejjel matul il-pandemija.

Owen-Bonnici-showing-distance-between-desks-in-class-before-first-school-opening-during-pandemic
Photo: Miguela Xuereb

Ġiet imbierka r-residenza Gerard li l-għan tagħha huwa li tgħin ommijiet immigranti u tfal minuri. Dan huwa proġett mill-organizzazzjoni periferali tal-Assoċċjazzjoni Maltija l-Maltese Cross Corps li ġiet inawgurata uffiċjalment mill-Arċisqpf Charles Scicluna. Huwa bierek ir-residenza fil-peżenza tal-mara tal-President Miriam Vella.

Archbishop-Charles-J-Scicluna-blessed-gerard-residence
Photo: Miguela Xuereb

Intant, kollox ikollu bżonn il-manutenzjoni. Raġel jisprejja ilma pressurizzat fuq il-ħitan tal-Breakwater ta’ Rikażli, waqt li kienu għaddejjin ix-xogħlijiet ta’ manutenzjoni u tiswijiet minn Infrastructure Malta.

man-sprays-water-on-wall-in-breakwater-valletta
Photo: Miguela Xuereb

Ottubru

Partitarja ta’ Bernard Grech b’eċitament isellem lil Kap il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista, li rebaħ f’elezzjoni kontra Adrian Delia. Delia mbagħad jidher dieħel fid-Dar Ċentrali tal-PN.

Residenti Dinglin u attivisti ambjentali waqqfu t-twaqqigħ ta’ siġar tal-ħarrub li għandhom mijiet tas-snin. Dan hekk kif ħaddiema marru fuq il-post biex jagħmlu l-wisgħa għall-proġett kontroversjali biex issir triq minflok l-għelieqi li hemm bħalissa.

old-carob-trees-cut-down-in-had-dingli
Photo: Miguela Xuereb

Malta fakkret tliet snin minn meta ġiet assassinata l-ġurnalista investigattiva Daphne Caruana Galizia. Familja, ħbieb u attivisti nġabru l-Bidnija biex isellmu lill-ġurnalista mibkija.

Daphne-Caruana-Galizia-3-Years-Bidnija
Photo: Miguela Xuereb

Novembru

L-NGO Repubblika poġġiet siġġijiet u fjuri biex tfakkar il-101 vittma tal-coronavirus f’Malta. Il-kommemorazzjoni saret quddiem Kastilja hekk kif l-għadd ta’ mwiet qabżu l-100.

Repubblika-commemorates-COVID-19-victims
Photo: Miguela Xuereb

It-tenur magħruf mad-dinja kollha, Andrea Bocelli jintlemaħ dieħel fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fejn kienu qed jinġibdu xi filmati għall-produzzjonijiet tiegħu tal-Milied, b’mod partikolari l-kunċert live li se jagħti minn Parma.

Andrea-Bocelli-in-Malta
Photo: Miguela Xuereb

Malta bkiet it-telfa tal-poeta, kittieb, akkademiku u ġgant tal-Letteratura Maltija, Oliver Friggieri. Il-funeral tiegħu ġie organizzat mill-istat bħala ringrazzjament tal-kontribut letterarju tiegħu. Prof. Friggieri kien akkademiku maħbub ferm.

State-funeral-Oliver-Friggieri
Photo: Miguela Xuereb

Wara vjaġġ diffiċilissimu ta’ disa’ xhur minħabba l-pandemija, iċ-ċkejkna Sathvika vjaġġat mill-Indja biex tingħaqad mal-familja Għawdxija tagħha, li laqgħuha b’għajnejhom ileqqu bid-dmugħ.

Sathvika-arrives-in-Malta
Photo: Miguela Xuereb

Diċembru

Minkejja li din is-sena l-pandemija ħassret it-12-il edizzjoni ta’ Bethlehem f’Għajnsielem, il-lokalità ta’ Għajnsielem xorta pprovdiet attrazzjoni, permezz ta’ siġra tal-Milied għolja 19-il metru, magħmula minn 4,500 flixkun tal-ħġieġ. Din is-siġra tal-Milied hi ddedikata lill-vittmi u lill-eroj tal-pandemija tal-Covid-19.

ghajnsielem-christmas-tree
Ritratt: Miguela Xuereb

L-eks prim ministru Joseph Muscat, akkumpanjat mill-avukat tiegħu Charlon Gouder, intlaqa’ minn grupp ta’ demostranti li nġabru quddiem il-bini tal-Qorti fil-Belt Valletta. Huwa kien dieħel il-Qorti biex jixhed fl-inkjesta pubblika dwar l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.

Il-Kardinal Mario Grech mexxa Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta wara li x-xahar li għadda sar it-tliet kardinal fl-istorja ta’ Malta.

Kardinal-Mario-Grech
Photo: Miguela Xuereb