Mill-Belt għall-Italja għat-Tazza tad-Dinja tat-table football

Il-kampjonat tat-table football tan-nurseries, organizzat minn Valletta Lions TFC, ġie fi tmiemu fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.
Jurgen Balzan ġie ddikjarat champion  ta’ taħt il-15-il sena, filwaqt li Nigel Spiteri rebaħ il-kategorija ta’ taħt it-12-il sena.  Jamie Bonnici u Joseph Agius ġew fit-tieni post fil-kategoriji rispettivi.
Dawn l-erba’ rebbieħa se jikkompetu fit-Tazza tad-Dinja li se tintlagħab fl-Italja f’Settembru li ġej.
L-istaġun se jiġi fi tmiemu fit-28 ta’ Ġunju bil-kompetizzjoni tan-knock out fil-klabb, li se jinkludi l-kategorija ta’ taħt id-19-il sena.