Mill-Armata għall-istessi – Ir-reazzjoni għall-uniformi l-ġdida

Kien hemm reazzjonijiet mħallta minn bosta fuq l-uniformijiet il-ġodda li bdew jintużaw mill-Forzi Armati ta' Malta il-bieraħ.
Mill-għadd ta’ stessi li ttieħdu mis-suldati Maltin huma u lebsin l-uniformi l-ġdida li tpoġġew fuq midja soċjali bħal Facebook, jidher li l-unformi l-ġdida serviet biex tgħolli l-moral.
L-ewwel uniformijiet camouflage li bdiet tadotta l-armata Maltija kien lura fl-1991.
Dak iż-żmien, wara l-operazzjoni Desert Storm fil-Kuwajt, il-Forzi Armati ta’ Malta adottaw it-tip ta’ camouflage li kienet tintuża mill-Istati Uniti.
Fis-snin ta' wara, għal perjodu qasir, l-Armata Maltija użat ukoll disinn ta’ camouflage ta' truppi Taljani u tar-Renju Unit, li eventwalment tneħħew għax dehru li ma kienux addatti għal użu f'Malta.
Minkejja l-inizjattiva riċenti, osservaturi li kienu servew fil-Forzi Armati Maltin, stqarru li d-deċiżjoni ta’ x’tip camouflage kellha tintuża fuq din l-uniformi l-ġdida ma kinetx determinata minn kif inhi magħmula l-art Maltija, imma kif inhu l-ambjent f’pajjiżi fejn jintbagħtu t-truppi Maltin.
Qalu li hija ħasra li l-għażla tal-camouflage fuq dawn l-uniformijiet godda saret fuq bażi ta'  territorji barranin.
Intqal ukoll li l-materjal li kien jintuża fl-imgħoddi fuq l-uniformijiet tal-Forzi Armati ma kienux ideali għal klima umduża ta’ Malta fix-xitwa.
Tant, li ħafna suldati kien ikollhom jixtru ħwejjeġ ta’ kontra l-bard minn buthom stess.