Mill-Arkivji: Thatcher tirrifjuta li ssiefer fuq ajruplan ma’ panda

Mill-Arkivji Nazzjonali tar-Renju Unit, instab li lura fl-1981 il-Prim Ministru Margaret Thatcher irrifjutat li taqsam titjira ma’ panda li kienet tgħix f’zoo f’Londra. Dakinhar Thatcher kienet sejra għall-ewwel summit tagħha fl-Istati Uniti.
Id-dokumenti jiżvelaw kif, il-President tas-Soċjetà Zooloġika ta’ Londra talab lill-eks Prim Ministru biex tippermetti li l-ors jivjaġġa magħha.
Dan kien attentat iddisprat min-naħa taz-zoo sabiex isellef lill-ors lill-Ismithsonian Institution f’Washington biex titkabbar ir-relazzjoni speċjali bejn l-Istati Uniti u r-Renju Unit.
Is-Segretarju tal-Kabinett ta’ dak iż-żmien, Sir Robert Armstrong kiteb lill-President tas-Soċjetà, fejn qalilha li l-Prim Ministru jista’ jkun taċċetta li tieħu magħha l-ors hi u tivvjaġġa lejn Washington.
Minkejja dan, f’nota oħra Thatcher kitbet kif il-President tas-Soċjetà jifhem ħafna iktar fil-panda minnha, allura kapaċi jirranġa dawn l-affarijiet mingħajr l-involviment tagħha.