Mill-Alpi sa Sqallija mistennija temperaturi għolja ħafna

Fl-Italja, l-uffiċċju meterjoloġiku qed iwissi li l-jiem li ġejjin se jkunu l-iktar sħan f’Lulju kollu hekk kif it-temperatura, fid-dell, mistennija tlaħħaq l-40 grad.
L-Italja kollha qed tistenna temperaturi għoljin ħafna, mill-muntanji tal-Alpi sa Sqallija.
Dan wara jiem sħaħ fejn it-temperatura fid-dell kienet iddur madwar is-37 grad.