Milk & Sugar għal Malta

Ministry of Sound se jerġa’ lura Malta mad-duo leġġendarju Milk & Sugar.
Id-duo huwa magħruf fost l-oħrajn għall-kanzunetta Let The Sun Shine.
L-attività se ssir fi Playa Del Sol Beach Club f’San Ġiljan, il-Ġimgħa 11 ta’ Awwissu. Kollox jibda fis-1pm.
Wieħed jista’ jidħol b’xejn permezz ta’ invit li jista’ jinġabar minn Reffs Crew, The Electronic Factory, Lazy Pirate Crew, Haze Cafe and Restaurant, Paya Del Sol, Sphinx – Fgura u Fact – Qormi.
Waqt l-attività jinġabru donazzjonijiet għall-Fondazzjoni ALS.