Miljuni ta’ Torok joħorġu jivvutaw għas-Sindku ta’ Istanbul

Reuters

Il-voti ta’ miljuni ta’ residenti ta’ Istanbul kienu qed jingħaddu llum wara li għalqu l-votazzjonijiet biex jerġa’ jittella’ sindku għall-belt, liema votazzjonijiet donnhom saru qishom referendum fuq il-policies tal-President Erdogan u test għad-demokrazija Torka.

Din il-votazzjoni kienet diġà saret fil-31 ta’ Marzu, meta l-kandidat tal-partit fl-Oppożizzjoni, Republican People’s Party (CHP) kien rebaħ lill-kandidat tal-partit ta’ Erdogan, AK Party. Iżda wara ġimgħat ta’ appelli min-naħa tal-AKP, il-Bord Elettorali Tork f’Mejju annulla l-vot għax qal li kien hemm irregolaritajiet. L-Oppożizzjoni sejħet din id-deċiżjoni kolp kontra d-demokrazija.

Kien hemm 11-il miljun persuna reġistrata biex tivvota f’din l-elezzjoni mill-popolazzjoni Torka sħiħa ta’ 82 miljun. Ir-riżultati għandhom jitħabbru llejla.