Miljuni ta’ persuni online f’riskju minħabba l-bug ‘Freak’

Il-Microsoft ħarġet twissija ta’ sigurtà dwar bug li tħalli lil persuni jispijjaw informazzjoni sensittiva fuq mezzi meqjusa bħala sikuri.
Magħrufa bħala ‘Freak”, din il-bug instabet fis-software li jintuża biex informazzjoni tiġi enkriptjata meta tgħaddi bejn web servers u l-kompjuter ta’ dawk li jużaw l-internet.
Għall-ewwel kien maħsub li din kienet qed tolqot biss uħud minn dawk li jużaw l-Android, Blackberry jew il-browser tal-Apple ‘Safari’.
Madankollu t-twissija ta’ Microsoft tgħid li miljuni jistgħu ikunu esposti għar-riskju li jitilfu xi data sensittiva.
Statistika miġbura minn grupp li qed isegwi din il-bug ‘Freak’ tindika li waħda minn kull għaxar websajts fid-dinja hija suxxettibbli għal dawn l-attakki.
Ħarġet ukoll online tool li tgħin lin-nies jiċċekkjaw jekk il-browser tagħhom huwiex vulnerabbli għal dan l-attakk.
Microsoft qalet li qed taħdem biex toħroġ patch għal din il-bug.
Tista' tiċċekkja l-browser tiegħek billi tagħfas hawnhekk.