Miljuni mitlufa minħabba żball storiku

In-neputi tar-raġel li biegħ il-pittura ‘Salvator Mundi’ ta’ Leonardo Da Vinci għal £45 qal li jixtieq li l-istess pittura tinsab imdendla fil-kamrs tal-pranzu tiegħu minflok.
Sir Francis Cook kien biegħ il-pittura għal £45 fl-1958 għax ħaseb li din kienet pittura ta’ wieħed mill-istudenti ta’ Da Vinci, mhux Da Vinci nnifsu.
Din id-deċiżjoni waslet biex il-familja tilfet opportunità li ssir sinjura b’pittura li filfatt tiswa £340 miljun.
Il-pittura nbieħet waqt irkant akkanit li sar fuq it-telefown u li dam 20 minuta.