€2 miljun għall-ippjanar marittimu

Proġett marittimu tal-Awtorità tal-Ippjanar se jibbenefika minn fondi Ewropej ta’ aktar minn €2 miljun.
Il-proġett SIMWESTMED ġie magħżul mill-Aġenżija Eżekuttiva tal-Kummissjoni Ewropea għall-Intrapiżi Żagħar biex jibbenefika minn fondi Ewropej fis-settur marittimu u tas-sajd. 
L-għan tal-proġett hu li jimplimenta direttivi marittimi fejn jidħol ippjanar fuq kooperazzjoni ta’ spazji u fruntieri marittimi tal-istati membri tal-UE.