Miljunarju Malti se jilħaq kap eżekuttiv tal-Ferrari

Il-Miljunarju Malti Louis C. Camilleri mistenni jilħaq Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Ferrari. Camilleri, 63, li għex fl-Eġittu, kien ukoll il-President tal-kumpanija tat-tabakk Philip Morris sal-2014. Huwa daħal jaħdem hemm fl-1978.

Camilleri huwa stmat li għandu valur ta’ iktar minn €168 miljun. Huwa missier tat-tliet itfal u ilu sena f’relazzjoni ma’ Naomi Campbell. Jidher li Camilleri kien wieħed mill-iktar kapijiet eżekuttivi mħallsa fl-Istati Uniti.

Huwa membru tal-bord tal-Ferrari.

Il-bord tal-Fiat Chryslers Automobiles NV u l-Ferrari NV se jkunu qed jiltaqgħu llum biex jlaħħqu lil Camilleri minflok Sergio Marchionne. Jidher li Marchionne ilu ġimgħat fuq leave mediku wara li għadda minn operazzjoni iktar kmieni dan ix-xahar.