Miljun Sterlina biex Madonna tkanta fil-Eurovision

Fil-Eurovision ta’ din is-sena se tkun qed tkanta waħda mill-aktar kantanti popolari fid-dinja Madonna. L-istazzjon KAN ikkonferma li Madonna se tkun qed tkanta żewġ kanzunetti li jinkludu diska ġdida li se tiġi mnedija fiż-żmien li ġej.

Din se tkun ir-raba’ darba li Madonna żaret Iżrael. Il-preżenza ta’ Madonna fil-Eurovision se tiswa lill-Israel madwar miljun Sterlina. Jidher li dawn se jkunu imħallasin mill-biljunarju Sylvan Adams.