Miljun persuna ħadu l-vaċċin fl-Istati Uniti

Photo: Youtube

Read in English.

Aktar minn miljun Amerikan ingħataw l-ewwel, miż-żewġ dożi meħtieġa tal-vaċċin tal-coronavirus li ġew approvati aktar kmieni dan ix-xahar. 

Hu mifhum li fadal sitt xhur jew aktar sabiex il-maġġoranza tal-Amerikani jkunu eliġibbli għall-vaċċin. Il-programm ta’ tilqim adottat mill-Istati Uniti jara li tingħata prijorità lill-ħaddiema fil-kura tas-saħħa, residenti fid-djar tal-anzjani u f’xi każijiet uffiċjali għolja tal-gvern.

Nhar l-Erbgħa l-amministrazzjoni ta’ Trump laħqet ftehim ma’ Pfizer biex sa Lulju tqassam 100 miljun doża addizzjonali tal-vaċċin tagħha.