Miljun ewro għall-bdiewa li jipproċessaw it-tadam Malti

Il-bdiewa li jipproċessaw it-tadam Malti jingħataw għajnuna li tammonta għal madwar miljun ewro.
Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għall-Biedja Roderick Galdes, meta ltaqa’ ma’ xi bdiewa f’Għawdex waqt il-ħidma tagħhom fil-qtugħ tat-tadam.
Huwa żar ukoll iż-żewġ fabbriki Għawdxin li jipproċessaw it-tadam imkabbar mill-bdiewa, fosthom il-Farmers Food Limited u Magro Brothers.
Roderick Galdes għamel ukoll referenza għall-benefiċċju ta’ deroga li l-Gvern irnexxielu jagħmel mal-Unjoni Ewropea, biex għas-seba’ snin li ġejjin din l-industrija tibqa’ tirċievi s-sostenn finanzjarju meħtieġ.
Ritratt: DOI