Militanti tal-Islamic State allegatament jaqtgħu ras ġurnalist Amerikan

Militanti mill-grupp estremista Islamic State ppublikaw filmat li juri l-qtil ta’ ġurnalist Amerikan.
Il-filmat grafiku juri lil membru tal-IS jaqta’ ras il-ġurnalist James Wright Foley.
Foley kien ilu maħtuf mill-2012. Huwa kien inħataf fis-Sirja.
Il-messaġġ wara l-filmat tal-IS huwa dirett għal Gvern Amerikan, biex ma jintervjenix f’dak li qed jiġri fl-Iraq.
Fi 22 ta’ Novembru tal-2012, il-ġurnalist ġie rrapurtat nieqes u l-aħħar li deher kien f’internet cafe’ f’Binesh, is-Sirja.