Militanti jidħlu joqtlu f’lukanda lussuża f’Kabul

Il-forzi tas-sigurtà fl-Afganistan qed jagħmlu ħilithom biex itemmu l-kontroll ta’ grupp ta’ militanti li lbieraħ daħlu f’lukanda lussuża, qatlu xi nies u għadhom hemm ġew iżommu lill-bqija ostaġġi.
Il-grupp attakka l-Intercontinental Hotel fil-kapitali, Kabul, meta fetaħ in-nies fuq in-nies u l-viżitaturi.
L-attakk beda s-Sibt għall-ħabta tad-9pm, ħin t’hemmhekk, meta allegatament il-grupp spara fid-direzzjoni tal-gwardjani mal-lukanda u twaddbu xi grenades biex il-grupp ikun jista’ jidħol fil-lukanda.
Il-midja internazzjonali qed tirrapporta li minn tal-inqas 5 mietu u 6 oħra ndarbu, għalkemm l-awtoritajiet irnexxielhom joqtlu 2 mill-aggressuri.
Minkejja dan kelliem għall-Ministeru għall-Intern qal li diġà rnexxielhom isalvaw mal-100 persuna.
Milli jidher il-bqija tal-grupp bħalissa jinsab bi mkien fejn jaħrab fis-sulari ta’ fuq tal-lukanda.
Jidher li l-attakk seħħ f’ħin apposta, għax qed jingħad li kien hemm xi konferenza tal-IT li għaliha attendew xi uffiċjali.
L-attakk seħħ ftit jiem wara li l-Ambaxxata Amerikana f’Kabul ħarġet stqarrija twissi dwar attakki f’lukandi.
Sadanittant, persuna li kienet tinsab fil-lukanda meta seħħ l-attakk qalet lill-midja li ssakkret f’kamritha u setgħet tisma’ t-tiri.