Militant tal-ISIS joqtol lil ommu

Hemm xokk fuq l-internet u fil-midja internazzjonali għall-aħbar li militant tal-Istat Iżlamiku qatel lil ommu f'Raqqa, fis-Sirja.
L-omm, ta’ ftit iktar minn 40 sena, allegatament, ħeġġet lil binha jaħrab mill-Istat Iżlamiku magħha.
Mhux biss ma tħallietx taħrab, għax ġiet arrestata, talli nqatlet fil-pubbliku quddiem dak li kien l-uffiċċju tagħha fil-posta.
Dan hu l-ewwel każ magħruf ta’ iben fl-Istat Iżlamiku li qatel lil ommu kiesaħ u biered.