Militant tal-Al-Qaeda jinqatel fil-Pakistan

Militant tal-Al-Qaeda, li kien akkużat li qed jippjana li jisplodi ferroviji f’Londra u New York inqatel fil-Pakistan.
L-armata tal-pajjiż qalet li l-militant mill-Arabja Sawdija inqatel f’rejd li sar fit-Tramuntana tal-Pakistan viċin il-fruntiera tal-Afganistan.
L-FBI qalet li kien jokkupa kariga għolja ħafna fl-Al-Qaeda tant li qablu kien jokkupa l-istess kariga l-moħħ wara l-attakki terroristiċi tal-2001 fuq it-Twin Towers.
Kien suspettat ukoll li kellu rwol importanti fl-attakki tal-Al-Qaeda fil-Panama, fin-Norveġja u fl-Ingilterra.