Milied Imdawwal għall-Istrina

Milied Imdawwal hi  attività li se tittella’ nhar is-Sibt u l-Ħadd  mis-Sezzjoni Żgħażagħ Santa Marija tal-Imqabba.
L-attività se ssir bi skop nobbli biex jinġabru fondi għall-Istrina.
L-attivita ser tkun imqassma hekk:
Is-Sibt
L-attivitajiet jibdew fis-6pm u se jikkonsistu f'serata varjata' b'diversi kantanti u gruppi ta' żeffiena differenti.  Se ikun hemm ukoll postijiet minn fejn wieħed ikun jista’ jixtri ġugarelli. Aċċessorji, xemgħat, ħelu tradizzjonali tal-Milied kif ukoll artiġjanat.  
 Il-Ħadd
Fid-9am se ssir hemm wirja tal-karozzi kbira b'diversi clubs fosthom karozzi Amerikani, Ford, Mustangs, Xarabanks, trakkijiet u karozzi tat-tifi tan-nar.
Fl-10.30am se jsir kolazzjon minn  Santa Klaws għat-tfal u fl-istess ħin jerġa jibda l-programm ta' spettaklu fuq il-palk li jibqa' sejjer sat-3pm.
Fil-11am il-Banda Re Ġorġ V se ddoqq diversi diski ta’ żmien il-Milied biex tallegra lil dawk kollha li jkunu qed iżuru l-carshow.
Għal aktar informazzjoni wieħed jista' jżur din il-ħolqa.