Miley Cyrus tiżżewweġ f’ċerimonja sigrieta

Miley Cyrus u Liam Hemsworth iżżewġu f’ċerimonja sottili f’Tennessee l-ġimgħa li għaddiet.

Kien hemm suspett ta’ dan fuq il-midja wara li dehru ritratti tal-koppja b’Miley liebsa libsa bajda u Liam liebes suit u b’membri tal-familja preżenti, fosthom Tish Cyrus, omm Miley. Il-kantanta u l-attur ma kienu semmew xejn fil-midja.

Iżda lbieraħ, iż-żewġ artisti xerrdu ritratti fuq il-profili tagħhom li juru li żżewġu, b’Miley tikteb ’10 snin wara…’

10 years later …..

Posted by Miley Cyrus on Wednesday, December 26, 2018

Huma ltaqgħu huma u jiffilmjaw il-film The Last Song fl-2009. Tgħarrsu fl-2012, iżda ħassru ftit wara. Fl-2016, reġgħu bdew joħorġu flimkien.

Miley xerrdet ukoll filmat tagħha tiżfen għad-diska Uptown Funk fiċ-ċerimonja.

Posted by Miley Cyrus on Wednesday, December 26, 2018