Milan ma jistgħux jikkompetu fl-Europa League li jmiss

Milan aċċettaw li jkunu esklużi mill-kampjonat tal-Europa League. Il-klabb qal li jemmnu li din is-sitwazzjoni se ssarraf fi stimolu biex jissaħħaħ il-klabb u jerġa’ lura fuq saqajh. Il-Qorti tal-Arbitraġġ għall-Isport (CAS) ħabbret nhar il-Ġimgħa li rratifikat il-ftehim ta’ Milan mal-UEFA biex skambjaw il-ksur tal-liġi finanzjarja tal-Fair Play ma staġun barra mill-kompetizzjoni Ewropea.

Il-klabb ħabbar li l-CAS aċċettat din il-proposta li l-klabb jitħalla barra mill-kompetizzjoni biex ipatti tal-liġi li kiser. B’hekk posthom issa, se jkun qed jittieħed minn Roma.