Milan jinnegozjaw biex jibqgħu barra mill-Europa League

Qed ikun rappurtat li Milan qed jinnegozjaw mal-UEFA biex jieħdu sena barra mill-Europa League minħabba vjolazzjoni tal-Fair Play. Il-verdett mistenni li jsir nhar it-Tnejn. Milan irnexxielhom jirbħu l-azzjoni legali li ħadu biex jeskluduhom mill-kompetizzjoni tas-season 2018/19.

Bħala parti minn dak l-appell, ġew stabbiliti parametri ġodda biex jibbilanċjaw il-kotba, iżda Milan qalu li huma stretti wisq u kważi impossibbli li jintlaħqu.

Peress li naqsu milli jikkwalifikaw għaċ-Champions League, kien irrappurtat ftit ġimgħat ilu li se jkun qed jaħtfu l-opportunità u jagħmlu sena barra mill-Europa League. B’hekk il-UEFA taf tagħti permess biex it-tim li klassifika wara Milan jiħdilhom posthom. F’dan il-każ, jikkwalifikaw Torino.