Mil-lum tista’ titlaqqam kontra l-influwenza

Read in English.

Mil-lum reġgħet bdiet tingħata t-tilqima kontra l-influwenza. Sas-7 ta’ Diċembru, iżda, se tingħata biss lil dawk in-nies li jitqiesu ta’ prijorità peress li jaf huma vulnerabbli.

Dawk li jitqiesu bħala prijorità huma l-adulti ta’ aktar minn 55 sena, tfal li għandhom bejn tlieta u ħames snin, u nies li għandhom xi marda kronika.

Iċ-ċentri tas-saħħa huma miftuħin mit-8am sas-7pm.

Tfal li għandhom bejn tlieta u ħames snin (f’każ ta’ marda kronika, sa disa’ snin) jistgħu jitlaqqmu fiċ-ċentri tal-Mosta, tal-Furjana, ta’ Raħal Ġdid, u tar-Rabat, Għawdex.

Min imur biex jieħu t-tilqima, għandu jieħu miegħu l-karta tal-identità. Dawk b’mard kroniku jridu jieħdu l-karta s-safra jew ċertifikat tat-tabib bil-kundizzjoni medika tal-persuna.

📍 As of today, Sunday 29th November, the Influenza Vaccine will be available for 🔹 Adults 55 years and over🔹 Children…

Posted by saħħa on Sunday, November 29, 2020