Mil-lum tista’ tibdel it-titjira mal-Air Malta mingħajr ħlas

Miguela Xuereb

L-Air Malta neħħiet it-tariffi fuq tibdiliet fit-titjiriet sa tmiem Diċembru.

Fi stqarrija, il-linja tal-ajru nazzjonali qalet li għamlet dan sabiex tagħmel l-ivvjaġġar aktar faċli u terġa’ tikseb il-fiduċja tal-klijenti, issa li l-ivvjaġġar naqas bil-kbir minħabba l-imxija tal-coronavirus.

L-Air Malta neħħiet it-tariffi fuq tibdil li jsir f’bukings li saru qabel illum, għall-biljetti fuq is-servizzi tagħha maħruġin sal-31 ta’ Diċembru. Il-linja tal-ajru naqqset ukoll it-tariffa tagħha għall-bdil tal-isem fuq il-buking għal €5. Dan japplika għat-titjiriet li se jsiru sal-aħħar ta’ Diċembru ta’ din is-sena.

Din il-promozzjoni se tkun disponibbli fuq in-nollijiet kollha.