Mil-lum tibda l-istorja ta’ Manwela

Fiona Cauchi - Manwela

Min hi Manwela u Dirjana x’tiġi minnha? Għaliex kienet mara aspra u mdejqa biha nfisha? Omm Manwela, Jennifer, fejn kienet taħdem biex taqla x’tiekol u għaliex kienu jgħixu t-tnejn ma’ Dirjana. Il-ħabiba ta’ Jennifer jisimha Francesca… imma veru kienet ħabiba jew le? Min huma Paul u Norma u Paul x’kien jaħseb fuq il-familja tiegħu?

Dawn huma ftit mill-mistoqsijiet li jqanqlu kurżitá għall-ewwel episodju mis-sensiela Manwela li se terġa’ tibda tixxandar mil-lum fuq l-istazzjon Melita More fil-5.15pm.

Fis-sensiela niltaqgħu wkoll ma’ Sarah u r-raġel tagħha Noah li kien tabib bravu ħafna. X’ġara l-isptar li nikktietu tassew? Min kien Shaun u għaliex mar għand Dirjana? Din tal-aħħar għaliex keċċietu ‘l barra? X’ġaralha Jennifer fuq ix-xogħol u għaliex xiħadd ipprova jtajjarha bil-karozza… u min qabeż għaliha?

Manwela se tkun qed tixxandar kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa fil-5.15pm. Is-sensiela bdiet tixxandar oriġinarjament fl-2016 u damet għaddejja għal tliet staġuni.

Manwela għandha ktiba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.