Omiċidju fit-teatru

Mil-lum fit-3pm fuq TVM terġa’ tibda tixxandar is-sensiela It-Tmien Nota b’kitba ta’ Joseph A. Cachia, direzzjoni ta’ Fabian Mizzi u produzzjoni ta’ Deemedia.tv

Bella, pjanista u sopran, ittemm kunċert fuq il-pjanu f’teatru. Ikunilha suċċess kbir u waqt l-ovazzjoni li tingħata tiftakar żmien qabel, meta kienet għadha tifla, u tiftakar lilha nnfisha ddoqq il-pjanu. Bella tispiċċa tilqa’ l-applaws ta’ dawk fil-platea u tidħol.

F’palkett minnhom naraw figura dieħla nkiss inkiss, toħrog pistola u tispara minn wara fuq raġel li kien iċapċap.

Iċ-ċapċipa tiegħu tieqaf fin-nofs. Ħadd ma jisma’ l-isparatura minħabba ċ-ċapcip li jkun għadu għaddej. Il-qattiel jaħrab.

Jieħdu sehem Ruth Casingena, Analise Psaila, Patrick Vella, Theresa Gauci, Henry Zammit Cordina, Mariella Delmar, Rita Camilleri, Malcolm Galea, Rennie Vella, Renald Formosa, Paul Caruana, Daphne Said, Sandra Davis, Katrina Bonnici, Stephan Farrugia, Gabriella Borg u Neville Refalo.

Mill-ġimgħa d-dieħla It-Tmien Nota jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fit-3pm, dejjem fuq TVM.