Mil-lum terġa’ tibda Elisa di Rivombrosa

Mil-lum, u kull nhar ta’ Sibt fis-2.05pm, Canale 5 se jerġa’ jibda jxandar is-sensiela Elisa di Rivombrosa. Alessandro Preziosi, Vittoria Puccini, Jane Alexander, Luca Ward u Kasper Capparoni huma fost il-protagonisti ta’ din il-produzzjoni li nħadmet fl-2003. Din kienet segwita minn serje oħra fl-2005 u sentejn wara kienet inħadmet l-ispin off La Figlia di Elisa.

Elisa di Rivombrosa hija addattament televiżiva tan-novella Ingliża Pamela, or Virtue Rewarded li nħarġet fl-1740 li però ġiet ambjentata fl-Italja. Kollox iseħħu fis-Seklu 18 u titratta l-istorja ta’ mħabba bejn il-konti żagħżugħ Fabrisio Ristori u Elisa, li tkun taħdem bħala servjenta ma’ ommu.

Fl-ewwel puntata nassistu għar-ritorn ta’ Fabrizio f’Rivombrosa wara li jkun qatta’ 10 snin fl-armata. Ommu, il-kontessa Agnese, tkun qed tistennieh lura u magħha hemm iż-żagħżugħa Elisa.

Dan l-ewwel episodju se jkun segwota mill-aħħar puntata ta’ Il Segreto, li se jkun qed jieqaf għax-xhur tas-sajf, u minflok min-nhar it-Tnejn jerġgħu jibdw jixxandru l-ewwel episodju li oriġinarjament inħadmu fl-2011.