Mil-lum se jibdew jitqassmu t-timetables tal-eżamijiet tal-MATSEC

Read in English.

Bejn illum u għada se jkunu qed jiġu distribwiti t-timetables għall-eżamijiet tal-MATSEC u s-SEC.

Dan tħabbar mill-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnici fuq Facebook fejn qal li mil-lum l-istudenti se jibdew jirċievu t-timetables tal-eżamijiet li se jkunu qed jibdew joqogħdu għalihom lejn l-aħħar ta’ dan ix-xahar.

Huwa qal li l-ammont ta’ studenti f’kull post fejn se jsiru l-eżamijiet din is-sena se jkun ħafna iċken mis-soltu biex tkun tista’ tinżamm id-distanza soċjali.

Il-Ministru Bonnici sostna li se jiġu osservati b’mod strett il-linji gwida tal-awtoritajiet tas-saħħa, fosthom li l-istudenti huma u deħlin tkun iċċekjata t-temperatura u li għandu jkun hemm distanza iktar mis-soltu bejn kull mejda.

Bongu hbieb,Bejn illum u ghada se jkunu qed jigu distribwiti t-timetables ghall-ezamijiet tal-MATSEC u s-SEC, f'din…

Posted by Owen Bonnici on Monday, August 17, 2020