Mil-lum l-ITS għal Ħal Luqa; jagħmel spazju għad-db

L-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) iċċaqlaq f’kampus f’Ħal Luqa biex issa jkun jista’ jinbeda l-proġett kontroversjali tad-db f’Pembroke.

Il-kampus il-ġdid f’Ħal Luqa jaħseb għal 1000 student meta mqabbel ma’ dak ta’ Pembroke li kien jaħseb għal 750 student u peress li fid-daqs huwa d-doppju ta’ dak f’Pembroke jista’ jinkludi aktar klassijiet, żewġ kċejjen aktar u aktar uffiċini għall-persunal akkademiku u amministrattiv.

L-Istitut spjega li huwa qed jimmira biex iżid il-proporzjon ta’ studenti barranin bil-għan li jkun hub internazzjonali rikonoxxut fl-istudji turistiċi fil-qalba tal-Mediterran.