Mil-lum l-Italja se jkollha Prim Ministru ġdid

Jintlaħaq ftehim bejn il-Movimento 5 Stelle u l-Lega biex jinħatar Prim Ministru ġdid fl-Italja. Iċ-ċerimonja tal-ħatra ta’ Giuseppe Conte se ssir illum fl-4pm.
Conte qed jiġi mlaqqam bħala Prim Ministru “politiku” għal kuntarju ta’ Carlo Cottarelli, dak li kien propost fil-ġranet li għaddew.
Cottarelli sostna li Conte ikun aħjar għall-Italja għax jelimina l-inċertezza politika ta’ elezzjonijiet bikrin f’każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn il-Movimento 5 Stelle u l-Lega.
Seħħ qbil ukoll dwar xi ministri oħrajn fil-kabinett ta’ Conte. Giovanni Tria se jkun il-Ministru għall-Ekonomija, Paolo Savona se jkun il-Ministru għall-Affarijiet tal-Unjoni Ewopea u Enzo Moavero Milanesi bħala l-Ministru għall-Affarijiet Barranin.