Mil-lum jieqfu aktar programmi televiżivi fuq l-istazzjonijiet Taljani

Ritratt: GLOBAL TELIF HAKLARI YAPIMCILIK

Mil-lum it-Tnejn se jkunu qed jieqfu aktar programmi fuq l-istazzjonijiet Taljani. Dan minħabba fil-vaganzi tal-Ferragosto.

Minn fuq Canale 5 se jieqaf għal ftit Bitter Sweet, it-telenovela Torka li kisbet suċċess f’dan l-istaġun Sajfi. L-episodji l-ġodda jkompli bħal-lum ġimgħa, mit-Tnejn 19 ta’ Awwissu.

Minflok fil-ħin ta’ wara nofsinhar se jkunu qed jixxandru films bi produzzjoni Ġermaniża mnebbħa mir-rumanzi ta’ Inga Lindstrom.

Ritratt: BOOMERANG TV

Una Vita tibqa’ għaddejja kuljum fuq il-Canale 5 fis-1.40pm b’puntati itwal, waqt li jibqgħu għaddejjin ukoll il-puntati tas-Sibt filgħaxija fuq ir-Rete 4.

Ritratt: Uffiċju Stampa RAI

Minn fuq Rai Tre se tieqaf għal ħmistax is-soap opera Taljana Un Posto al Sole, li ilha tixxandar b’suċċess għal kważi 23 sena.

Ritratt: Mediaset

Għal dawk li jħobbu jsegwu dawn il-programmi ngħidulhom li ħafna mill-programmi favoriti tagħhom se jkunu lura fuq it-televiżjoni mit-Tnejn 25 ta’ Awwissu.

Fuq Canale 5 jaslu lura wkoll sensiliet bħal Beautiful fis-1.40pm, filwaqt li Una Vita jmur lura għall-ħin tas-2.10pm. Il-puntati ta’ Bitter Sweet se jkomplu fit-2.45pm filwaqt li dakinhar mistennija li jkomplu l-puntati tas-Soap Opera Spanjola Il Segreto. Din se tibda tkun fil-ħin tat-3.30pm.

Fuq Rai Tre fl-istess jum se jaslu l-puntati l-ġodda ta’ Un Posto al Sole. Dan se jkun fil-ħin tas-soltu tad-8.40pm.

Ritratt: Uffiċju Stampa RAI

Għal dawk li jħobbu jsegwu s-soap opera tar-Rai Uno Il Paradiso delle Signore, ninfurmawhom li wara ħafna inċertezza, ġie deċiż li din is-soap opera Taljana se tkompli wkoll u l-filming tal-puntati l-ġodda beda l-ġimgħa l-oħra, fil-5 ta’ Awwissu.

Madanakollu, il-puntati l-ġodda se jaslu lura fuq ir-Rai Uno mit-Tnejn 14 ta’ Ottubru.