Mil-lum jibdew l-aġġornamenti ta’ Liquorish

Bħal-lum ġimgħa, it-Tnejn 30 ta’ Marzu jasal lura l-programm Liquorish fejn għal sena oħra 10 parteċipanti se jkunu qed jerħulha lejn destinazzjoni misterjuża biex hemmhekk jgħaddu avventura li bla dubju ta’ xejn se tkun mimlija kumplikazzjonijeit.

Iżda min huma l-10 parteċipanti li se jkunu qed jieħdu sehem f’din l-edizzjoni?

Proprju mil-lum fuq l-istazzjon One se tkunu tistgħu ssiru tafu min huma eżatt dawn l-10 parteċipanti.

L-aġġornamenti jitwasslu 3 darbiet kuljum, fis-6.20am, fl-4.20pm u f’11.45pm. Dawn l-aġġornamenti jitwasslu wkoll fuq il-paġna Facebook ta’ Liquorish u l-Ħadd li ġej se jerġgħu jixxandru fuq One fis-12.50pm.

Dwar fejn se jispiċċaw l-10 parteċipanti din is-sena ma nafux iżda fuq il-paġna Facebook tal-programm Liquorish diġà ttella’ ritratt u bosta huma dawk li qed jipprovaw jaqtgħu fejn hu dan il-post.

Mit-tim ta’ Liquorish ma tantx ħarġet informazzjoni għajr li din is-sena se tkun waħda mill-aktar diffiċli li qatt kellhom.

Ritratt: Bernard Polidano / Facebook/Liquorish

L-edizzjoni ta’ filgħaxija ta’ Liquorish se tibda titwassal fuq One mit-Tnejn 30 ta’ Marzu fit-8.35pm, bi preżentazzjoni ta’ Andrea Cassar.