It-62 edizzjoni tal-festival taż-Zecchino d’Oro tibda mil-lum l-Erbgħa u se tkun mifruxa fuq erbat ijiem. L-ewwel tlieta jixxandru fuq Rai Uno fil-ħin tal-4.35pm waqt li l-finali se ssir is-Sibt 7 ta’ Diċembru mid-9.30pm. Din hija l-ewwel darba mis-sena 2000 li l-finali se tkun qed tixxandar fil-ħin tal-prime time.
Kull programm se jitmexxa minn Antonella Clerici. Fil-finali tas-Sibt se jkun qed jingħaqad magħha Carlo Conti
Kollox hemm 12-il kanzunetta li se jkun qed jiġu interpretati minn tfal li ntgħażlu fost 5000 li daħlu għaż-Zecchino Casting Tour. Hemm kanunetti li se jiġu nterpretati minn kantanti weħidhom u oħrajn fi gruppi ta’ tnejn jew tlieta. B’kollox hemm 16-il tifel u tifla.
Il-ġurija se tkun komposta minn tfal u magħhom se jkun hemm ġurija mistiedna komposta minn personalitajiet magħrufa: Giovanni Allevi, Luciana Littizzetto, Ficarra e Picone, Laura Chiatti, Claudia Gerini, Benji e Fede u Alberto Urso.
Ikun hemm ukoll is-sehem tal-Kor tal-Antoniano.
L-ewwel tlett programmi se jitwasslu f’xandira diretta mill-Antoniano f’Bologna, waqt li l-finali se tkun diretta mill-Unipol Arena f’Casalecchio di Reno, f’Bologna.

L-Erbgħa 4 ta’ Diċembru
Jiġu nterpretati 6 kanzunetti u ssir il-votazzjoni minn ġurija magħmula minn 6 itfal. Se jitwasslu siltiet mis-6 kanzunetti l-oħra fil-kompetizzjoni li proprju l-għada se jiġu interpretati b’mod komplet.
Il-Ħamis 5 ta’ Diċembru
Jiġi nterpretati s-6 kanzunetti l-oħra fil-kompetizzjoni u mill-ġdid votazzjoni mit-tfal. Naraw silta minn kull kanzunetta li tkun ġiet interpretata matul l-ewwel programm.
Il-Ġimgħa 6 ta’ Diċembru
Jiġu nterpretati t-12-il kanzunetta f’din l-edizzjoni waqt li ssir votazzjoni oħra mill-ġurija komposta mit-tfal. Naraw ukoll liema kanzunetta tirbaħ l-unur ta’ Zecchino d’Argento, unur li se jerġa’ jingħata wara nuqqas ta’ 5 snin f’din il-kompetizzjoni.
Is-Sibt 7 ta’ Diċembru
Għall-aħħar darba jerġgħu jiġu nterpretati l-kanzunetti kollha fil-kompetizzjoni. Jitħabbru wkoll ir-rebbieħa tal-kanzunetta l-aktar ivvuttata permezz tal-internet u naraw ukoll min se jkun iddikjarat rebbieħ ta’ din l-edizzjoni.
Il-kanzunetti f’din l-edizzjoni huma:
Acca – Rita Longordo
I pesci parlano – Matilde Gazzotti e Giulia Rizzo
Il bombo – Nicole Curatolo e Zeno Gregorio Nigido
L’inno del girino – Carlo Antonio Fortino, Irene Lucarelli e Marta Sisto
La memoria – Asia Loi
Mettici la salsa! – Alessia Mirra
Non capisci un tubo – Gabriele Tonti
O tucano goleador – Claudio Rosato
Skodinzolo – Francesca Larocca
Sono felice – Alessia Cecere
Tosse – Nausica Speranzini
Un principe blu – Luna Massari