Transport Malta ħabbret li mil-lum, il-vetturi kollha li jinstaqu fit-triq, għandu jkollhom liċenzja taċ-ċirkulazzjoni valida.
TM qalet li l-liċenzji tas-sewqan għandhom ikunu kollha mġedda sal-aħħar ta’ Settembru 2020. Transport Malta bagħtet in-notifikazzjoni għat-tiġdid lil kull min għandu din il-liċenzja skaduta.
Bħala parti mill-miżuri biex titrażżan l-imxija tal-COVID-19, aktar kmieni din is-sena Transport Malta adottat proċeduri temporanji għat-tiġdid tal-liċenzji tas-sewqan u tal-vettura.
It-tiġdid ta’ din il-liċenzja jista’ jsir kemm onlajn fuq www.licenzji-vetturi.gov.mt jew f’aġenzija jew broker tal-assikurazzjoni.
L-Awtorità rringrazzjat lill-pubbliku għall-koperazzjoni biex dawn il-proċeduri jiġu lura għan-normal.