Mil-lum ħin ġdid għal Una Vita

Ritratt: Boomerang TV

Mil-lum tinbidel l-iskeda tal-istazzjon Canale 5 u bosta programm jieqfu biex minflok jixxandru dawk aktar addattati għal dawn il-jiem tal-festi. Hemm ukoll xi tibdil f’xi ħinijiet fosthom dik tas-soap opera Spanjola Una Vita li mil-lum se tkun qed tieħu post Beautiful li għalissa se jkun qed jieqaf.

Una Vita se jkun qed jixxandar fis-1.40pm u se jixxandar f’dawn il-ġranet:

It-Tnejn 23 ta’ Diċembru

Samuel jorganizza festin bil-għan li matulu jipproponi lil Lucia biex tiżżewwġu. Iżda waqt dan il-festin Celia jħossha ħażin.

It-Tlieta 24 ta’ Diċembru

Ritratt: Boomerang TV

Lucia ma tagħtix risposta lil Samuel. Felipe jipprova jsib tabib għax jinkwieta għal Celia.

L-Erbgħa 25 ta’ Diċembru u l-Ħamis 26 ta’ Diċembru mhux se jixxandru episodji minn din is-soap opera.

Il-Ġimgħa 27 ta’ Diċembru

Ritratt: Boomerang TV

Lolita tibda taħsibha li tipposponi t-tieġ minħabba f’saħħet Celia. Iżda din tinsisti magħha li tibqa’ għaddejja bil-preparamenti. Marcelina tmur lura f’Acacias.