Mil-lum daqshekk għawm fi Mġarr ix-Xini

Mil-lum sa tliet xhur oħra tista’ tinsa tinżel sa Mġarr ix-Xini għal għawma friska.
Dan għaliex mil-lum it-Tnejn 18 ta’ Awwissu sat-Tnejn 10 ta’ Novembru 2014 il-bajja se tkun magħluqa minħabba l-ġbid tal-film il-ġdid ta’ Angelina Jolie u Brad Pitt. 
Hekk kif ħafna mix-xeni se jkunu miġbuda f’din il-bajja, ma jistax jonqos li l-isem tal-film ma jkunx marbut mal-baħar. 
Filfatt, il-film romantiku se jġib l-isem ta’ By the Sea u mistenni jiġġenera l-miljuni fil-gżira Għawdxija.
Fl-aħħar jiem, fi Mġarr ix-Xini, kien miexi x-xogħol biex titlesta d-dar tal-injam li se tintuża fil-film.
Dan hu t-tielet film li l-koppja Brangelina qed taħdem flimkien minn wara l-kwinti.  Fil-fatt, Jolie għandha f’idejha l-kitba u d-direzzjoni tal-film.
Wara 9 snin, il-koppja se terġa’ tirreċta flimkien hekk kif l-aħħar film tagħhom flimkien kien Mr & Mrs Smith