Mil-lejla terġa’ tibda Iż-Żagħka

Kif tħabbar il-ġimgħa l-oħra il-ġbid fuq is-sensiela Iż-Żagħka twaqqaf u għaldaqstant mil-lejla din is-sensiela mhux se tkompli tixxandar.

Fil-fatt, mil-lejla fid-8:45pm l-istazzjon Net se jerġa’ jibda juri l-episodji mill-bidu, vantaġġ għal min jixtieq jaqbad l-istorja mill-bidu jew jerga’ jiffriska l-memorja.

Kollox jibda mal-mewt tan-nanna ta’ Joshua, Bianca, meta tħalli d-dar antika tagħha lilu. Bianca u żewġha Spiru, jkunu ilhom ma jitkellmu s-snin. Spiru, jsib wens f’Lara l-għarusa ta’ Joshua. Niltaqgħu mal-familja Ebejer, l-omm, Judith il-counsillor, u ż-żewġt itfal, Lara u Jodie. Missierhom ikun ilu li telaqhom.

 

Kollox ikun għaddej normali, sakemm fid-depot tal-pulizija, jidħol rapport, liema każ jaqa’ f’idejn l-Ispetturi Ludwig Shead u Antida Fleri. Tibda investigazzjoni fuq mara misterjuża li ħadd ma jaf min hi. X’konnessjoni għandu dan kollu mad-dar ta’ Bianca u x’tip ta’ passat kellha din Bianca fid-dar?