Mil-lejla puntati ġodda ta’ I Medici

Bosta Maltin ħadmu minn wara 'l kwinti ta' din is-sensiela

Ritratt: Uffiċju stampa RAI

It-tielet staġun ta’ I Medici se tixxandar fuq Rai 1 mil-lejla fid-9.25pm. F’Ottubru tal-2016 kienet bdiet tixxandar l-ewwel sensela fuq l-istess stazzjon u s-sena l-oħra rajna t-tieni wieħed. I Medici hi produzzjoni Ingliża-Taljana maħluqa minn Frank Spotnitz u Nicholas Meyer.

Bosta Maltin ħadmu wkoll minn wara ‘l kwinti ta’ din is-sensiela. Dawn jinkludu lil Jon Cassar, David Serge, Jean Marc Chapelle, Jonathan Caruana, Matthew Pullicino, Frank Zammit, Gillian Eve Buttigieg, Andrè Grima, Mark Frendo, James Spiteri, Luke Zammit, Wayne Grech, Mavric Said u Chris Goa Farrugia.

L-istorja tibda ftit tax-xhur wara l-konfoffa li fiha Lorenzo tilef lil ħuh u kważi miet hu stess. Għalhekk Lorenzo jkun għatxan biex ipattiha lil xi wħud. Iżda issa l-Mediċi jkunu aktar b’saħħithom minn qatt qabel waqt li tkun riesqa gwerra mal-Papa Sixtus IV bil-Konti Riario jkebbes in-nar għaliha.

Ritratt: Uffiċju stampa RAI

Is-sitwazzjoni politika ġġiegħel lil Lorenzo biex jinsa l-mod ta’ ġentlom li darba kien. Dan iwassal biex ir-relazzjoni ma’ martu Claris tmur għall-agħar waqt li fl-istess waħda waqt jerġa’ jibda r-relazzjoni li kellu ma’ Ipollita Sforza, mara sabiħa u brillanti.

Il-kobba għall-Mediċi tkompli titħabbel meta l-familja ssir taf bl-eżistenza ta’ Guilio, it-tifel iż-żgħir ta’ Guiliano li kien ġie assassinat. Sadattant Lorenzo jkompli jżid l-attivitajiet tiegħu bħala patrun tal-artu u jsib żewġ ġenji zgħażagħ fil-bidu tagħhom: Leonardo da Vinci u Michelangelo.

U fl-istess waqt li Lorenzo jkun iridha bħala l-Prinċep u c-champion tar-Rinaxximent jibda jkollu jħabbat wiċċu mill-qilla tal-poplu li bdiet tikber ma’ kull ġurnata li tgħaddi li bdew jaraw bħala s-salvatur tagħhom lil Girolamo Savonarola, predikatur straordinarju.

It-Tnejn 2 ta’ Diċembru

Illum jixxandru l-ewwel żewġ puntati, fuq Rai Uno fid-9.25pm.

Fl-ewwel waħda, Sopravivenza, naraw kif Lorenzo huwa determinat li jivvendika ruħu. Fl-istess waqt il-familja Medici ssir taf bl-eżistenza ta’ Giulio, it-tifel illeġittimu ta’ Giuliano.

Fit-tieni puntata, I Dieci,  Lorenzo jieħu deċiżjoni ta’ malajr u li tista’ tkun waħda perikoluża.

It-Tlieta 3 ta’ Diċembru

Żewġ puntati oħra fuq Rai Uno fid-9.25pm

Fit-tielet puntata, Fiducia, kemm il-poplu, kif ukoll Clarice, jibżgħu li Lorenzo kein abbandunahom.

Fir-raba’ puntata, Innocenti, jgħaddu seba’ snin u Lorenzo jittama li jieqfu l-battibekki mal-Papa u li b’hekk jikseb il-firma tat-trattat ta’ paċi.