Mil-lejla jibda Ġiżelle

Lara Azzopardi u Mark Mifsud f'Ġiżelle

Is-sensiela Ġiżelle se tkun qed tirritorna llejla fuq it-televiżjoni lokali permezz tal-istazzjon One illejla fit-8.30pm. Din hi produzzjoni tal-2006 b’kitba ta’ Rachel Cachia, Abigail Mallia, Evelyn Saliba La Rosa u Carlos Debattista. Kull nhar ta’ Sibt mit-8.30pm ‘il quddiem se jkunu qed jitwasslu żewġ puntati wara xulxin.

L-istorja tal-ewwel episodju tiftaħ b’raġel tarf l-irdum. Narawh iħares ‘il bogħod fuq l-ibħra u jiftakar f’ħajru li għaddiet, dawk li ħabb u anki dawk li tilef, jiġifieru bintu u martu. Intant ġewwa ħanut tal-kafè fil-Belt tfajla żagħżugħa tiltaqa’ ma’ avukat ambizzjuż u minn hawn tggħaddi minn avventura li qatt ma setgħet tobsor fejn se twassalha.

Carlos Farrugia bħala Sergio f’Giselle

Fit-tieni puntata se naraw x’jiġri f’għeluq il-birthday ta’ Christina. Nidħlu fid-dinja ta’ din it-tfajla proprju f’ballu sabiħ li jiġi organiżżat u hemmhekk niltaqgħu ma’ Sergio, li jiġi z-ziju tagħha. Huwa għandu karattru eniġmatiku li jaf isaħħar b’għajnejh.

Intant, Gail tibda tesperjenza emozzjonijiet li qatt ma ħasset qabel f’ħajjitha. Iżda kif jgħidu, mhux kull ma jleqq huwa deheb…

Anthony Ellul bħala l-Bauni Luigi De Savoia Dimech

Jieħdu sehem fost oħrajn Evelyn Saliba La Rosa, Mark Mifsud, Lara Azzopardi, Anthony Ellul, Carlos Farrugia, Sarah- Lee Zammit, Jolene Micallef, Tiziana Calleja, Vince Micallef Pulè, Simone Zammit, Marcelline Galea, Angela Agius, Inez Farrugia, Kristjana Casha, Laurent Coleiro, Rachel Darmanin Demajo u Andrè Penza.