Mil-lejla Grande Fratello VIP

Alfonso Signorini. Ritratt: Uffiċju stampa Mediaset

Ir-reality show Grande Fratello jibda mil-lejla fuq l-istazzjon Canale 5 u se jkun Alfonso Signorini li se jkun qed imexxi dan il-programmi fejn diversi personalitajiet se jkunu qed jinqaflu fid-dar tal-Grande Fratello.

Apparti l-edizzjoni tal-lum li tibda mill-ħin tad-9.20pm, se jkun hemm ukoll l-aġġornament kuljum fuq l-istess stazzjon qabel il-puntata li jkun imiss tas-soap opera Spanhola Il Segreto.

Il-personalitajiet li qed jsisemmew li se jkunu qed jieħdu sehem f’din ir-raba’ edizzjoni huma Andrea Denver, Andrea Montovoli, Antonio Zequila, Aristide Malnati, Fabio Testi, Ivan Gonzalez, Michele Cucuzza, Pago, Paolo Ciavarro, Adriana Volpe, Antonella Elia, Barbara Alberti, Carlotta Maggiorana, Clizia Incorvaia, Elisa De Panicis, Fernanda Lessa, Licia Nunez, Paola Di Benedetto, Rita Rusic, Pasquale Laricchia, Patrick Ray Pugliese, Salvo Veneziano u Sergio Volpini.

Alfonso Signorini

Għajr xi tibdil li jista’ jkun hemm minħabba esiġenzi tal-istazzjon, l-iskeda tal-programmi ta’ dan ir-raba’ staġun ta’ Grande Fratello hija kif ġej:

L-ewwel puntata, L-Erbgħa 8 ta’ Jannar

It-tieni puntata, Il-Ġimgħa 10 ta’ Jannar

It-tielet puntata, Il-Ġimgħa 17 ta’ Jannar

Ir-raba’ puntata, It-Tnejn 20 ta’ Jannar

Il-ħames puntata, Il-Ġimgħa 24 ta’ Jannar

Is-sitt puntata, It-Tnejn 27 ta’ Jannar

Is-seba’ puntata, Il-Ġimgħa 31 ta’ Jannar

It-tmien puntata, It-Tlieta 3 ta’ Frar

Id-disa’ puntata, It-Tnejn 10 ta’ Frar