Mil-lejla appuntament doppju ma’ Ċirkostanzi

Mil-lejla, matul dan ix-xahar ta’ Settembru, fuq TVM, l-appuntament mas-sensiela Ċirkostanzi, produzzjoni ta’ Rewind Productions, se jkun wieħed doppju peress li se jkunu qed jintwerew żewġ puntati wara xulxin, mill-ħin tad-8.50pm ‘il quddiem.

Fl-ewwel puntata tal-lejla, Henry jkellem lil Berta. X’qalet dwar Alexandra u x’ġaralha? X’għamel Patrick x’ħin Millicent qaltlu li kienet semgħet xi tiri ta’ pistola? Lil min ċempel Patrick u x’qalulu? Immorru lura fi żmien il-gwerra u nassistu għal diskursata bejn Curmi u Juan… u Juan u Annalisa?  X’qaltlu Annalisa lill-Juan? Patrick reġa’ lura d-dar… x’qalilhom x’ħin daħal? Kif baqgħet Berta? Greta x’qaltilha lil Alexandra x’ħin ċemplet. Paula tat xi ħaġa lil Dun Karm. X’tagħtu u min kien tahulha?

Fit-tieni puntata tal-lejla, li hija l-20 waħda mit-tieni staġun, nassistu għall-qari ta’ ittra li Berta kienet kitbet lil Dun Karm. X’qaltlu u x’jaħseb fuqha? Niltaqgħu ma’ Lynn, it-tifla ta’ Angela. Kif inhi sejra Julia issa li qed taħdem ma’ Raoul? Karlu jinsisti li Valentina tagħti l-ittra lill-ommha. X’ġara? Għaliex Caroline tinsab kuntenta ħafna? X’qaltlu lill-Alex? Immorru lura fi żmien il-gwerra. X’ġaralu l-bini tal-isptar? X’riedet tgħidlu Maria lil Xandru? Rosaria x’qaltlu lil Karlu li b’dak li sema’ skanta tassew?