Mikhael jinsab lura fir-Rainbow Ward

Ritratt: Facebook/PuttinuCares

Read in English.

Wara l-operazzjoni li saritlu fl-Ingilterra, iċ-ċkejken Mikhael Felice jinsab lura Malta.

Dan ġie mħabbar minn Puttinu Cares li fuq il-paġna tagħhom ta’ Facebook ħabbru li t-tifel issa jinsab lura fir-Rainbow Ward. Puttunu Cares awgurawlu wkoll fejqan ta’ malajr.

Kien fit-18 ta’ Ġunju li Mikhael, akkumpanjat minn ommu Michelle, kien telaq l-Ingilterra biex issirlu operazzjoni u jitneħħielu tumut. Dan, wara li t-tifel kien diġà qatta’ 9 xhur fir-Rainbow Ward.

After a big operation in UK Mikhael is back with us at Rainbow ward. God bless you and wishing you a speedy recovery.

Posted by Puttinu Cares on Tuesday, July 21, 2020