Mijiet ta’ żgħażagħ jinġabru Paceville fl-ewwel lejl li reġgħu fetħu l-bars

Fl-ewwel lejl li fih reġgħu fetħu l-bars u l-klabbs f’Malta wara li ġew illaxkati l-miżuri restrittivi meħudin minħabba l-imxija tal-coronavirus, iż-żgħażagħ inġabru bil-gzuz f’Paceville.

Ritratti meħudin ilbieraħ filgħaxija juru massa kbira ta’ nies miġburin.

After nearly being closed for 3 months due to the COVID-19 epidemic, Prime Minister Robert Abela had announced last…

Posted by Malta Daily on Friday, June 5, 2020

Ilbieraħ komplew jiġu llaxkati l-miżuri meħudin minħabba l-coronavirus, wara li l-Prim Ministru Robert Abela nhar it-Tnejn li għadda ħabbar li kulħadd jista’ jirritorna x-xogħol, anke n-nies vulnerabbli.

More photos of large crowds gathering in front of popular bars, as Malta reopens its bars on Friday night.#MaltaDaily

Posted by Malta Daily on Friday, June 5, 2020

Bosta persuni lmentaw fuq Facebook li dawn ir-ritratti juru grupp ta’ aktar minn 75 persuna f’post wieħed, li suppost huwa l-massimu ta’ persuni li jistgħu jinġabru f’daqqa.

Malta s’issa għandha 33 każ attiv tal-coronavirus wara li lbieraħ fiequ seba’ persuni u nstabu tliet każijiet ġodda tal-coronavirus.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn