Mijiet ta’ vjaġġaturi jistennew fil-kju fix-xemx biex jidħlu Ġibiltà

Il-Gran Brittanja talbet lill-Unjoni Ewropea biex malajr kemm jista’ ikun tibgħat tim investigaturi f’Ġibiltà sabiex tiġbor evidenza dwar dak li sejħet bħala kontrolli żejda li qed isiru mal-fruntiera ma’ Spanja.

Il-Prim Ministru David Cameron tkellem mal-President tal-Unjoni Ewropea Jose Manuel Barroso dwar it-tħassib tiegħu dwar l-azzjonijiet li Spanja qed tieħu u qal li huma politikament motivati.

Il-Gran Brittanja, qed tgħid li l-kontrolli jiksru r-regoli dwar il-moviment liberu.  Spanja minn naħa tagħha qed tgħid li Ġibiltà mhux qed jikkontrolla l-kuntrabandu.

Żewġ monitors tal-Unjoni Ewropea kellhom imorru xahar ieħor, iżda Cameron irid li dawn imorru minnufih.   Spanja ilha snin titlob is-sovranità fuq Ġibiltà.

Mijiet ta’ vjaġġaturi kellhom jistennew fil-kju fix-xemx tiżreġ anke llum  biex jidħlu Ġibiltà.