Mijiet ta’ passiġġieri evakwati minn fuq ferrovija tal-Eurotunnel

Mijiet ta’ passiġieri kellhom jiġu evakwati minn fuq ferrovija tal-Eurotunnel li kienet qed tivjaġġa minn Londra għal Pariġi.
Dan wara li nqata' d-dawl bil-konsegwenza li l-ferrovija waqfet f’nofs mina. Abbord il-ferrovija kien hemm 382 passiġġier. 
Is-servizz waqaf għall-ħabta tat-8:00 ta’ dalgħodu u jidher li s-sitwazzjoni se tibqa’ l-istess tul il-ġurnata sakemm jittranġaw il-ħsarat. Dan wassal biex kien u se jkun hemm dewmien u anke se jiġu kkanċellati xi vjaġġi.
Waqt l-evakwazzjoni qam kaos sħiħ tant li kellhom jintervjenu l-Pulizija.