Filmat: Mijiet ta’ nies jattendu l-mass meeting tal-Ajkla

Għall-kuntrarju tas-snin li għaddew, kienu mijiet li llum attendew għall-mass meeting tal-Ajkla fi triq prinċipali ta’ Ħaż-Żabbar. Il-mass meeting kien indirizzat minn Nazzareno Bonniċi li għal din l-elezzjoni ġenerali se jkun kandidat fuq it-tieni distrett.

Għall-ħabta tat-tlieta ta’ waranofsinhar, in-nies bdiet tinġabar f’Ħaż-Żabbar biex tisma’ il-proposti u l-wegħdi tal-partit tal-Ajkla.

Il-mass meeting kien organizzat minn fuq Facebook u kienu ħafna dawk li qalu li se jattendu, kif filfatt għamlu.

In-nies preżenti taw sapport kontinwu tul il-mass meeting, fosthom bl-għajjat ta’ “Żaren Żaren!”. Uħud ġew anke b’kartelluni u spikkat ukoll il-bandiera ta’ Malta. Is-sistema tal-awdjo kienet kemmxejn ħażina u dan wassal għal problemi biex jinftiehem x’kien qed jgħid Bonniċi.

Ta’ min jinnota li kien hemm traffiku kbir kemm qabel kif ukoll wara l-mass metting, bil-pulizija tikkontrolla s-sitwazzjoni.

Ħalli l-kummenti tiegħek hawn taħt.

Filmat u Ritratti: Daniel Balzan