Filmat: “Grazzi tad-demm li tajtu lil żewġi”

“Grazzi għad-demm li tajtu lil żewġi, nistgħu naraw futur flimkien.” Dawn kienu kliem Krista Mizzi f’filmat li ġie ppubblikat mis-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm fuq Facebook.

Żewġha spjega kif marad bil-kanċer, u kellu bżonn ħafna demm. Grazzi għall-għoti tad-demm, hu issa qiegħed fit-triq tal-fejqan.

Is-Servizz qal li mijiet ta’ nies taw id-demm fl-aħħar 10 ijiem tas-sena.

L-isqtarrija spjegat li ż-żmien festiv tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena jara maratoni ta’ flus għall-Istrina u għad-Dar tal-Providenza. Però, il-ġenerożità tal-Maltin ma tidhirx biss fil-flus, iżda wkoll fl-għoti tad-demm. Is-Servizz qal li ġew mijiet jagħtu d-demm, u li għadd sabiħ ta’ persuni taw id-demm għall-ewwel darba.

Sar appell biex jingħata d-demm. Fil-jiem li ġejjin, tista’ tagħti d-demm:

· fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa li jiftaħ kuljum (7 ijiem fil-ġimgħa) mit-8am sas-6pm.

· fil-Mobile Blood Donation Unit li nhar il-Ħadd 12 ta’ Jannar ser ikun maġenb il-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Balzan. Se jkun hemmhekk mit-8.30am sas-1pm.

· fil-Berġa tax-Xewkija nhar it-Tlieta 14 ta’ Jannar, mis-1pm sal-5pm.


L-istqarrija fakkret li wieħed għandu bżonn dokument tal-identità biex jagħti d-demm.