Mijiet ta’ nies fl-Indja maqbudin fuq il-bjut tagħhom minħabba l-għargħar

People wait for aid on the roof of their house at a flooded area in the southern state of Kerala, India, August 17, 2018. REUTERS/Sivaram V

L-awtoritajiet Indjani qed iżidu l-isforzi tagħhom biex isalvaw eluf ta’ persuni li nqabdu fl-għargħar fin-nofsinhar ta’ Kerala. Sa issa diġà kien hemm mat-324 persuna li tilfu ħajjithom. Ħafna nies huma maqbudin fuq il-bjut tagħhom jitolbu għall-għajnuna wara li għerqitilhom id-dar.

Mijiet ta’ suldati flimkien ma għexieren ta’ dgħajjes u ħelikopters qed jgħinu lin-nies joħorġu minn djarhom, f’dak li qed jitqies bħala wieħed mill-agħar maltempati tas-seklu.

Il-Prim Ministru Indjan Narendra Modi qed jiddiskuti din il-kriżi hekk kif huwa maħsub li x-xita qawwija u l-irwiefen qawwija se jkomplu jiżdiedu fil-jiem li ġejjin.

Mat-314,000 persuna qed jgħixu f’200 kamp ta’ emerġenza li twaqqfu apposta f’Kerala.