Mijiet ta’ ħaddiema evakwati miċ-ċentru ta’ Leeds: pakkett suspettuż

Mijiet ta’ ħaddiema ġew evakwati miċ-ċentru ta’ Leeds. Xi toroq ingħalqu wkoll minħabba li daħal rapport ta’ pakkett suspettuż.

It-tim ta’ kontra l-bombi kien ordnat imur fuq il-post qrib Wellington Street u York Place wara li rċivew telefonata mingħand membru tal-pubbliku.

Il-pulizija qed iħabbtu bieb bieb u jitolbu lin-nies biex joħorġu minn darhom. Wieħed mill-pulixija avżhom ukoll li jaf jgħaddu sigħat sħaħ qabel ma jitħallew jidħlu lura f’darhom. Il-pulizija ta’ West Yorkshire qal li rċivew rapport dwar pakkett suspettuż ġewwa binja fl-inħawi ta’ Queen Street li qegħda fiċ-ċentru ta’ Leeds.

Wieħed mill-ħaddiema li jaħdem fil-qrib tkellem ma’ gazzetta Ingliża u qal li hu sar jaf dwar dak li ġara wara li kunbinazzjoni kien qed jiftaħ it-tieqa tal-uffiċċju u nzerta pulizija jitkellem ma’ mara. L-uffiċċju tiegħu qiegħed ftit bogħod mill-konfini ta’ fejn in-nies ġew evakwati. B’hekk hu u l-bqija tal-ħaddiema ma ġewx evakwati.