Mijiet ta’ djar tal-Gvern jistennew tiswija

Hemm mijiet ta’ djar jew appartamenti tal-Gvern li ilhom jistennew xogħlijiet ta’ tiswija mill-Awtorità tad-Djar, uħud minnhom għal numru ta’ snin.
Fl-aħħar erba’ xhur tas-sena li għaddiet, l-Awtorità bdiet bi programm ta’ xogħol b’mod regolari u dan ir-ritmu qed jinżamm. Madankollu, il-lista ta’ stennija għadha twila.
Il-Ministru għas-Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia qal dan fil-Parlament hu u jwieġeb Mistoqsija Parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Antoine Borg.
Fil-mistoqsija, id-deputat Nazzjonalista ġibed l-attenzjoni għal perikli minn galleriji ta’ appartamenti tal-Gvern li ilhom li ġew spezzjonati mill-Awtorità tad-Djar iżjed minn sena.